Museum Rabat

Museum Rabat

Share

17/07/2026

Infakkru li llejla għandna attività ta' baħar, futbol u BBQ għall-gruppi Preparatorja, Magħżulin u Aspiranti. Niltaqgħu l-Museum fil-5:15pm biex ftit wara mmorru Pembroke. Nimxu skont l-avviżi li tqassmu.
Navżaw li l-gruppi minn Sena 1 sa Sena 4 se jiltaqgħu bħas-soltu.

11/07/2026

Illejla l-Museum jiftaħ fis-6:45pm għall-gruppi Preparatorja, Magħżulin u Aspiranti. Ikollna laqgħa u ħin ta' logħob.
Il-Preparatorja (Year 6 u 7) jdumu sat-8:15pm, il-Magħżulin 1 (Year 8) sat-8:30pm u l-Magħżulin 2 u l-Aspiranti sal-9:45pm.
Il-Ħadd inqaddsu l-jum bil-quddiesa. Filgħodu nattendu għall-Quddiesa tal-10:30am. Wara nofsinhar niltaqgħu fl-4:00pm għall-baħar.
Tajjeb li dawn il-gruppi jagħtu każ l-avviżi u l-applikazzjonijiet li tqassmu f'dawn il-ġranet b'mod speċjali b'rabta ma xi attivitajiet fil-ġranet li ġejjin.

10/07/2026

Illejla għandna l-ewwel laqgħa tal-logħob tas-sajf għall-gruppi kollha. Il-Museum jiftaħ fis-6:16pm u nibdew ftit wara. Nispiċċaw fit-7:45pm. Xi wħud mil-logħob jinvolvi l-ilma. Nieħdu pjaċir naraw lit-tfal kollha jattendu.

Photos from Society of Christian Doctrine's post 08/07/2026

F'din is-sena li fiha qed infakkru it-800 sena mill-mewt ta' San Franġisk t'Assisi, is-Soċjetà tal-Museum tistiednek sabiex illejla tattendi għal tnedija ta' ktieb 'Bla Sold u Bla Qorq'. L-attività se ssir fl-Awditorju tad-Dar Ġenerali fil-Blata l-Bajda u tibda fis-7:00pm. L-attività tieħu madwar siegħa. Nieħdu pjaċir niltaqgħu miegħek.

04/07/2026

Illum lejliet il-festa. Illejla l-Museum jiftaħ fis-6:30pm. Immorru l-Bażilika San Pawl għat-translazzjoni tal-festa. Wara jkollna ħin ta' logħob u rikreazzjoni fil-Museum.
NIEĦDU PJAĊIR JEKK, MIT-8:00pm 'IL QUDDIEM, IL-ĠENITURI TAT-TFAL KOLLHA LI JATTENDU L-MUSEUM JIĠU FTIT ĦIN MAGĦNA FIL-MUSEUM. Għal min jixtieq ikun hemm xi ikel u xorb għall-bejgħ.
Preparatorja jistgħu jibqgħu l-Museum sad-9:30pm u l-Magħżulin / Aspiranti sal-10:00pm.

Għada l-Ħadd, jum il-festa. Inqaddsu dan il-jum bil-quddiesa. Aħna l-membri se nieħdu sehem fil-quddiesa tat-8:30am. Filgħaxija l-Museum jiftaħ fis-6:15pm. Fis-7:00pm naraw il-ħruġ tal-purċissjoni ta' San Pawl mill-Bażilika. Wara l-Museum ikun miftuħ għal ħin soċjali u ħin ta' logħob flimkien.

02/07/2026

Infakkru li mil-lum għandna bidla fil-ħinijiet tal-Museum għal matul il-ġranet tas-sajf GĦALL-GRUPPI KOLLHA. Fil-ġranet ta' matul il-ġimgħa (sakemm mhux avżat b'mod ieħor) il-Museum jiftaħ fis-6:15pm. Ikun hemm ħin ta' logħob. Il-laqgħa mat-tfal issir mis-6:40pm sas-7:10pm. Wara l-lezzjoni, l-gruppi Preparatorja, Magħżulin u Aspiranti jkunu jistgħu jibqgħu l-Museum sat-7:45pm. Nittamaw li naraw lit-tfal u l-adolexxenti tal-gruppi kollha jattendu u jieħdu sehem fid-diversi attivitajiet li jkollna.

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Rabat?
Click here to claim your Sponsored Listing.

Telephone

Address


MUSEUM, Triq Taċ-Ċagħki
Rabat
RBT2160

Opening Hours

Monday 17:45 - 19:45
Tuesday 17:45 - 19:45
Thursday 17:45 - 19:45
Friday 17:45 - 19:45
Saturday 18:00 - 22:00
Sunday 10:00 - 11:00
15:30 - 19:00