Wild Birds Regulation Unit
It is a Government priority to ensure that the sustainable traditional socio-cultural practices of hunting and trapping (live-capturing) in Malta have a future in line with applicable EU and national legislation. However, it is equally a priority to ensure that this pastime respects the principles of sustainability if it is to persist. Bird hunting and trapping in Malta is determined by the legal
Applikazzjonijiet għal-liċenzja ġenerali tal-insib
It-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi (WBRU) tgħarraf li ser jinfetħu l-applikazzjonijiet ġodda għal-Liċenzja Ġenerali tal-Insib. Kull min għalaq 18-il sena u interessat li jpoġġi għall-eżami tal-insib huwa mitlub iżur waħda mill-fergħat tal-MaltaPost mill-Erbgħa 4 ta’ Marzu sal-Erbgħa 18 ta’ Marzu waqt il-ħinijiet tal-ftuħ. Għandu jippreżenta l-karta tal-identità oriġinali tiegħu flimkien ma’ kopja tagħha bil-kulur, kemm minn quddiem kif ukoll minn wara, jimla u jiffirma l-formola li se tiġi pprovduta lilu dak il-ħin stess mill-uffiċjal tal-posta, u jħallas id-dritt ta’ €30 għall-eżami. Jekk il-ħlas isir b’ċekk minflok bi flus kontanti, dan għandu jkun pagabbli lill-‘Wild Birds Regulation Unit’. Żommu l-irċevuta tal-ħlas.
Applikanti li jkunu msifrin jew li ma jkunux jistgħu jmorru japplikaw personalment fil-fergħa tal-posta fil-ġranet imsemmija hawn fuq jistgħu jibgħatu persuna ta’ fiduċja sabiex tapplika f’isimhom. Il-persuna li tkun qed tapplika f’isem l-applikant għandha tippreżenta l-karta tal-identità oriġinali tagħha, kif ukoll kopja bil-kulur tal-karta tal-identità tal-applikant (kemm minn naħa ta’ quddiem kif ukoll ta’ wara), u timla u tiffirma l-formola tal-applikazzjoni f’isem l-applikant.
Il-persuni interessati għandhom japplikaw fiż-żmien speċifikat hawn fuq. Wara li jagħlaq il-perjodu tal-applikazzjoni, l-applikanti jiġu infurmati bid-data, ħin u post fejn ser isir l-eżami tal-insib permezz ta’ ittra mid-WBRU. Dan l-avviż ma japplikax għal min diġa għandu l-Liċenzja Ġenerali tal-Insib.
SKADENZA U REVOKA TAL-LIĊENZJI SPEĊJALI TAL-INSIB GĦALL-PLUVIERA
BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija bir-regolament 6(2)(ċ) tar-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (Qafas Biex Tiġi Permessa Deroga li Tiftaħ l-Istaġun fil-Ħarifa għall-Insib tal-Malvizz u l-Pluviera), il-Ministru responsabbli għall-ambjent flimkien mal-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar, tgħarraf li intlaħqet il-kwota komplessiva għall-Pluviera u li, b’mod immedjat, il-liċenzji speċjali tal-insib fil-Ħarifa 2025 skadew u huma meqjusa bħala revokati. L-istaġun tal-insib magħluq u l-imnasab għandhom jiżżarmaw immedjatament.
LAPSE AND REVOCATION OF THE GOLDEN PLOVER LIVE-CAPTURING SPECIAL LICENCES
BY VIRTUE of the powers conferred by regulation 6(2)(c) of the Conservation of Wild Birds (Framework for Allowing a Derogation Opening an Autumn Live-Capturing Season for Song Thrush and Golden Plover) Regulations, the Minister responsible for the environment, in conjunction with the Minister for Gozo and Planning, notifies that the overall seasonal bag limit for Golden Plover has been reached and that, with immediate effect, the Autumn 2025 live-capturing special licences have lapsed and are considered revoked. The live-capturing season has now closed and all clap-nets shall be dismantled immediately.
26/09/2025
Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Assistant Manager (Research) biex iservu fl-uffiċċju tat-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi (WBRU) f'Santa Venera (Malta).
Tista' taċċessa d-dettalji kollha relatati ma' dan il-post, inkluż kif tapplika u sa meta, billi tikkopja dan il-link (url) t'hawn taħt u tiftħu mill-web-browser tiegħek:
Assistant Manager (Research)
https://recruitment.gov.mt/en/job/653ef0611024(5(f65f-433d-88(134(433d-884b-4f04d8b(5280
Click here to claim your Sponsored Listing.
Category
Contact the organisation
Website
Address
Wild Birds Regulation Unit. 122, Triq Misraħ Il-Barrieri, Santa Venera
Msida
Opening Hours
| Monday | 10:00 - 12:00 |
| Tuesday | 10:00 - 12:00 |
| Wednesday | 10:00 - 12:00 |
| Thursday | 10:00 - 12:00 |
| Friday | 10:00 - 12:00 |