Doctors for Choice Malta

Doctors for Choice Malta

Share

08/07/2026

Your body. Your decision. Your right.

Abortion bans don't save lives. We will always fight for your freedom to get the care you need and deserve 🩷

07/07/2026

⚫ Il-Koalizzjoni Voice For Choice - L-għażla tagħha tesprimi r-rabja u d-diżappunt tagħha għas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali fil-każ ta' Andrea Prudente. Din is-sentenza hija tebgħa fuq id-drittijiet tan-nisa u fuq is-saħħa riproduttiva f'Malta. Din is-sentenza sservi biss biex issaħħaħ l-oppressjoni tal-istat, il-misoġinija medika, u t-trattament degradanti li persuni tqal jaffaċċjaw f'pajjiżna.

⚖️ Aħna xxokkjati għall-aħħar bl-istqarrija patronizzanti tal-Qorti fejn intqal li Andrea Prudente "ntużat" mill-attivisti pro-choice favur l-għażla biex jimbuttaw aġenda legali, u li hija lagħbet il-logħba skont it-twemmin tagħhom ("played ball to their beliefs").

👩 Din id-dikjarazzjoni mill-Imħallfa hija insult gravi għall-intelliġenza u l-awtonomija ta’ Andrea. Andrea hija mara adulta kapaċi, li għarfet il-periklu li kienet fih u qabżet għal saħħitha stess. Li tgħid li dak li għaddiet minnu u t-trawma tagħha huma "sempliċement manipulazzjoni", tkun qed tneħħilha l-abbiltà li titqies bħala mara bir-rieda u l-identità tagħha.

⚕️ Il-Koalizzjoni tħoss li il-Qorti warrbet għal kollox il-fatti mediċi ppreżentati mill-FIGO (Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ġinekoloġija u l-Ostetrija). Il-FIGO hija l-awtorità globali li tirrappreżenta lill-ġinekoloġi ta' Malta stess, inklużi x-xhieda mediċi f'dan il-każ u tistabbilixxi l-istandard għall-kura tal-maternità madwar id-dinja.

🏥 Fl-ittra tagħhom lill-Imħallfa, (ħolqa fil-kummenti), il-FIGO ddikjarat biċ-ċar li ta’ ħmistax-il ġimgħa tqala, iċ-ċans li l-fetu jgħix huwa ferm inqas mir-riskju li l-omm tbagħti minn emorraġija severa u infezzjoni fatali (sepsis). Waqt li rreferiet għar-riċerka medika, il-FIGO enfasizzat li meta jinfaqa' l-ilma qabel is-17-il ġimgħa, l-ebda tarbija ma baqgħet ħajja, filwaqt li perċentwal kbir tan-nisa sofrew minn emorraġija jew infezzjoni.

✈️ Minflok ma semgħet mill-aqwa esperti mediċi fid-dinja, l-Imħallfa użat il-fatt li Andrea rnexxielha tmur fuq titjira ta' emerġenza lejn Spanja bħala "prova" li ħajjitha qatt ma kienet fil-periklu.

🔴 Biex tkompli tgħaxxaqha, is-sentenza tirrikonoxxi t-terrur ta' Andrea iżda b'mod xokkanti twarrab is-sofferenza severa tagħha bħala "xi naqra self-inflicted". Il-Qorti twaħħal il-biża' li kellha fuq il-fatt li Andrea rriċerkat il-kundizzjoni tagħha stess u rrifjutat li taċċetta b'għajnejha magħluqa l-protokoll tat-tobba lokali ta' "wait and see". Il-koalizzjoni tħoss li t-trawma ġiet ikkawżata mill-Istat, li sfurzaha tistenna sakemm taqbadha infezzjoni li potenzjalment setgħet kienet fatali.

Din is-sentenza tibgħat messaġġ ikrah lill-persuni tqal f'Malta.
❌ Qed issaħħaħ b'mod espliċitu il-kultura ta' oppressjoni.
❌ Qed turi biċ-ċar li l-ħajja, is-saħħa, u l-vuċi ta' mara huma sekondarji għal dawk li jissejħu l-morali pubbliċi jew t-twemmin reliġjuz ta' Malta.
❌ Qed issaħħaħ prattika ta' biża': in-nisa jridu litteralment ikunu f'xifer il-mewt qabel ma jitqiesu denji li jirċievu kura ta' terminazzjoni li ssalva l-ħajja.

💔 Aħna nibqgħu nuru solidarjetà assoluta ma' Andrea Prudente u s-sieħeb tagħha, Jay Wheeler, li ġarrbu trawma, biża' u inċertezza inkonċepibbli taħt is-sistema tal-kura tas-saħħa Maltija. Huma ġew imċaħħda mill-kura medika li hi standard f’pajjizi zviluppati. Kienu sfurzati jorganizzaw evakwazzjoni medika ta' emerġenza lejn Spanja u issa qed jiġu insultati mis-sistema tal-ġustizzja stess li suppost kellha ttihom raġun.

✊ Il-Koalizzjoni Voice for Choice mhix se tiġi msikkta minn tentattivi ġudizzjarji li jippruvaw jimminaw il-kredibilità tagħna jew l-awtonomija tan-nisa li nappoġġjaw.

💜 Se nkomplu niġġieldu bla apoloġija għad-dekriminalizzazzjoni tal-abort, għall-protezzjoni tal-ħajjiet tal-persuni tqal u għall-sistema ta’ kura tas-saħħa mibnija fuq ix-xjenza, il-kompassjoni, u d-drittijiet tal-bniedem.

Read in English in the comments.

Photos from Doctors for Choice Malta's post 06/07/2026

Full statement on our website.

Want your organisation to be the top-listed Non Profit Organisation in Msida?
Click here to claim your Sponsored Listing.

Address


Msida