Pulse
Pulse Social Democratic Students of Malta was founded on 19th March, 1997, with the purpose of being an active organisation representing students all over the islands. Abela Junior College and the University of Malta, Pulse started fielding candidates for the students’ council elections, with a successful result and a notable track-record, especially in KSJC: the Junior College students’ council.
29/04/2026
🇲🇹: Hekk kif il-kampanja elettorali għall-Elezzjoni Ġenerali tal-2026 bdiet, jidher b’mod ċar li ż-żgħażagħ u l-istudenti se jerġgħu jitqiegħdu fiċ-ċentru tal-aġenda nazzjonali. Wara biss jumejn ta’ kampanja, il-Partit Laburista diġà ressaq numru ta’ proposti mmirati direttament biex itejbu l-kwalità tal-ħajja taż-żgħażagħ u l-istudenti.
Fost il-proposti mressqa mill-Partit Laburista nsibu:
- Żieda ta’ 15% fl-istipendji tal-istudenti, flimkien ma’ għotja ta’ €1,000 għal studenti tal-programm Erasmus, biex jissaħħaħ l-appoġġ finanzjarju għal dawk li jfittxu opportunitajiet barra minn xtutna.
- Żieda fil-limitu tal-eżenzjoni mid-dazju tal-boll minn €200,000 għal €300,000 tal-valur ta’ proprjetà, flimkien mal-estensjoni tal-iskema tad-depożitu ta’ 10% biex tapplika għal proprjetajiet sa €300,000.
- L-introduzzjoni ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq l-ewwel €30,000 li jaqilgħu ż-żgħażagħ matul l-ewwel tliet snin ta’ impjieg full-time jew meta jibdew negozju.
Dawn huma biss xi wħud mill-proposti li tressqu, u mistennija aktar miż-żewġ partiti fil-jiem li ġejjin. Dawn mhumiex proposti żgħar, iżda huma sinjal ċar li l-politiċi qed jagħrfu li ż-żgħażagħ mhumiex biss il-preżent, iżda wkoll il-futur ta’ Malta. L-appoġġ li jingħata llum liż-żgħażagħ ifisser li qed jinbena għada aktar b’saħħtu għall-pajjiż. Aħna nemmnu li dawn il-proposti jistħoqqilhom rikonoxximent u appoġġ minn kull organizzazzjoni studenteska, peress li jolqtu direttament il-ħajja tagħna ta’ kuljum.
Għalkemm ma tressqux proposti konkreti mill-Partit Nazzjonalista fil-bidu tal-kampanja, nistennew bil-ħerqa li naraw il-manifest tagħhom. Din l-antiċipazzjoni ġejja wkoll mid-diskors tal-bieraħ ta’ Alex Borg waqt il-mass rally, li kien l-ewwel indirizz ewlieni wara t-tħabbira tal-elezzjoni ġenerali nhar it-Tnejn li għadda.
Din hija s-sbuħija u s-saħħa tas-sistema demokratika f’pajjiżna, fejn iċ-ċittadini għandhom għażla quddiemhom. Għażla li għandha tiġi kkunsidrata b’attenzjoni qabel ma wieħed jitfa’ l-vot tiegħu fil-post tal-votazzjoni. Bħala Pulse, nappoġġjaw kull proposta li titressaq li tiffoka fuq iż-żgħażagħ u l-istudenti, u nistennew li nisimgħu aktar proposti mill-partiti kollha li qed jikkontestaw din l-elezzjoni ġenerali.
--------------------
🇬🇧: As the election campaign for the 2026 General Election is set in motion, it is clear that youths and students are once again going to be placed at the centre of national agenda, and rightly so. After only, two days of campaigning, the Malta Labour Party has already put forward a number of proposals which are directly aimed at improving the quality of life of youths and students.
Some of the proposals brought forward by the Labour Party include:
- A 15% increase in student stipends, alongside a €1,000 grant for Erasmus students, thereby strengthening financial support for those pursuing further opportunities abroad.
- An increase in the stamp duty exemption threshold from €200,000 to €300,000 of a property’s value, coupled with the extension of the 10% deposit scheme to apply to properties valued up to €300,000.
- The introduction of a tax exemption on the first €30,000 earned by youths during their first three years of full-time employment or when starting a business.
These are only some of the proposals which were brought forward, with more excepted from both political parties in the coming days. These are not small proposals, but are signs that politicians acknowledge that youths are not just the present, but also the Malta’s future. Supporting youths now, means building a stronger tomorrow for Malta. We believe that such proposals deserve recognition and support from all student organisations, as such proposals directly affect us in our everyday life.
Although no concrete proposals were brought forward by the Nationalist Party during the start of the campaign, we look forward to reviewing their manifesto proposals. This anticipation follows yesterday’s speech made by Dr.Alex Borg during the Mass Rally, which marked the first major address after the announcement of the general election last Monday.
This is the beauty, and the strength of having a democratic system in our country, where citizens have a choice in front of them. A choice which should be carefully though and considered before one casts his vote at the polling station. As Pulse, we endorse all proposals placed on the table which target youths and students, and we look forward to hearing further commitments from all parties contesting this general election.
19/03/2026
Celebrating 29 years of student activism 🧡
Proud to keep advocating for student voices!
Click here to claim your Sponsored Listing.
Contact the practice
Telephone
Website
Address
University Of Malta
Msida
MSD2080