PN Msida
19/06/2025
Kunsill li verament qed jaħdem għalik
22/10/2024
Il-Misidjani tkellmu. Xhieda ta' kemm il-Kunsill Lokali llum qed jirrappreżenta lir-residenti u jipprova jwassal kliemhom lill-awtoritajiet.
Imma l-Gvern ta' Robert Abela jrid jibqa' jwebbes rasu u jipprova jgħaddi gaffa minn fuq kulħadd, issa anke billi jibni flyover għolja tliet sulari fiċ-ċentru tal-Imsida.
Il-Kumitat Sezzjonali PN Msida se jingħaqad fl-impenn tal-Kunsill Lokali biex isir dak kollu possibbli ħalli ma nħallux lill-Gvern jagħmel li jrid. Se naraw li l-vuċi tal-Misidjani tinstema' u mhux tkun fgata, kif iridu Robert Abela u sħabu.
Ara x'qalu l-Misidjani:
30/07/2024
Il-ġimgħa li għaddiet iċċelebrajna l-Festa ad unur San Ġużepp. U bi pjaċir, ingħaqad magħna l-Kap tal-Partit Bernard Grech.
Fil-jiem li għaddew, kienu ħafna l-Misidjani li qalulna li ħadu pjaċir li, minkejja l-aġenda mimlija tiegħu, għadda ftit ħin fostna u tkellem magħhom
24/06/2024
Stqarrija tal-Kunsillieri eletti f’isem il-Partit Nazzjonalista fil-Kunsill Lokali tal-Imsida
Is-Sindku-elett fil-Kunsill Lokali tal-Imsida Charles Selvaggi, flimkien mal-Kunsillieri eletti f’isem il-Partit Nazzjonalista jilqgħu bi pjaċir il-proposta mressqa mill-Kamra tal-Periti bħala alternattiva għall-proġett tal-flyover kif oriġinarjament propost.
Filwaqt li wieħed għad irid jixtarr aktar bir-reqqa id-dettalji ta’ din il-proposta, il-membri eletti f’isem il-Partit Nazzjonalisa biex jirrappreżentaw lir-residenti Misidjani jinsabu ċerti li din l-alternattiva tista’ tkun waħda li toffri kwalità ta’ ħajja aħjar lill-Misidjani u lil kull min iżur lil din il-lokalità.
Il-Kunsillieri eletti jfakkru li kellhom ir-riżervi tagħhom għall-proġett tal-flyover kif propost mill-awtoritajiet, aktar u aktar fid-dawl li ma kienet ingħatat ebda garanzija li l- flyover kif proposta kienet se tnaqqas it-traffiku fiz-zona.
Madankollu, il-Kunsillieri dejjem iddikjaraw il-pożizzjoni ċara favur l-ispazju miftuħ li kien propost.
Il-Kunsillieri eletti qed jappellaw biex il-Gvern u l-awtoritajiet konċernati jikkunsidraw immedjatament il-proposta tal-Kamra tal-Periti u mhux iwarbuha mingħajr ma jaraw jekk din hijiex alternattiva li tagħmel sens.
Is-Sindku-elett flimkien mal-erba’ Kunsillieri eletti f’isem il-Partit Nazzjonalista għaldaqstant qed jitolbu laqgħa mal-awtortitajiet kollha kkonċernati f’dan il-proġett biex, flimkien mal-Kamra tal-Periti, tkun diskussa din il-proposta qabel ma jibda x-xogħol fl-Imsida u jaraw jekk din il-proposta jew partijiet minnha jistgħux ikunu implimentati.
Jekk din it-talba tkun milqugħa, il-membri eletti fuq il-Kunsill tal-Imsida f’isem il-Partit Laburista jeħtieġ li wkoll ikunu preżenti għal din il-laqgħa, ladarba din hi deċiżjoni li se taffettwa lill-Misidjani kollha u xogħol il-membri kollha fil-Kunsill hu li jitħarsu l-interessi tar-residenti.
Il-membri eletti fuq il-Kunsill Lokali tal-Imsida f’isem il-Partit Nazzjonalista huma kommessi li jaħdmu bis-sħiħ biex il-Misidjani jingħataw proġett li jtejbilhom il-kwalità tal-ħajja tagħhom.
Charles Selvaggi
Sindku-elett fil-Kunsill Lokali tal-Imsida
Christine Amaira
Viċi Sindku-elett fil-Kunsill Lokali tal-Imsida
Maurice Agius
Kunsillier-elett fil-Kunsill Lokali tal-Imsida
Alfred Farrugia
Kunsillier-elett fil-Kunsill Lokali tal-Imsida
Christopher Borg
Kunsillier-elett fil-Kunsill Lokali tal-Imsida
24.06.2024
Click here to claim your Sponsored Listing.
Category
Telephone
Website
Address
24, Ix-Xatt Ta' Xbiex
Msida
MSD1513