The Malta Eye Study

The Malta Eye Study

Share

13/10/2019

Ftit punti bil-Malti dwar il-proġett The Malta Eye Study li jwieġbu diversi mistoqsijiet:

The Malta Eye Study – Proġett ta’ l-Universita’ ta’ Malta b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment ta’ l-Oftalmoloġija fi Sptar Mater Dei

Riċerkatur ewlieni: Dr David Agius (tabib fit-taħriġ ta’ l-oftalmoloġija)
Supervisors: Mr Francis Carbonaro (konsulent oftalmologu) u Prof Julian Mamo (epidemjologu)

Dan il-proġett hu possibbli b’fondi mill- Malta Community Chest Fund b’kollaborazzjoni mar-Research Innovation and Development Trust (RIDT) u b’permezz ta’ sponsorship (Class Optical)

Għan
Sabiex nidentifikaw kemm huma komuni l-kundizzjonijiet ta’l-għajnejn li jistgħu inaqqsu l-vista fil-popolazzjoni adulta Maltija ta’ bejn il-50 u 80 sena.

Min se jipparteċipa?
Il-parteċipazzjoni f’dan l-istudju se ssir biss minn min jirċievi l-invit.
Sabiex ir-riċerka taghtina riżultati li jagħmlu sens u li jkunu utli , il-parteċipanti se jiġu magħzula permezz ta' random sampling, jiġifieri se jissejjaħ kampjun mir-reġistru elettorali mingħajr ebda preferenza u mingħajr ebda forma ta’ diskrimanzzjoni ta’ bżonn jew talba partikolari. Għaldaqstant infakkru li se nkunu qed nistiednu ħames t’elef ruħ ta’ etajiet bejn ħamsin u tmenin għal dan, allura hemm cans tajjeb li wieħed jingħazel għax in-numru ta’ parteċipanti li se naraw huwa kbir. Nawgurlalek li jekk tirċievi mingħandna, tieħu l-opportunita’ sabiex tattendi din il-viżta li tista’ tgħinnek u li se tgħin lill-poplu Malti u Għawdxi.
Kampjun ieħor ta’ madwar mitejn persuna li nafu li huma neqsin mid-dawl se jisseħju mill-lista tal-Commission for the Rights for Persons of Disability, bil-permess tal-kummissjoni. Dawn il-parteċipanti se jsirulhom l-istess testijiet.

Post:
Sptar Mater Dei, Ophthalmology Outpatients

X’tinvolvi l-parteċipazzjoni:
It-test komplut ta’l-għajn jinvolvi:
Test tal-vista u tan-nuċċali (refraction)
Eżaminazzjoni ta’ l-għajn tat-tabib fuq l-islit lamp
Ritratti tal-wara ta’ l-għajn
Spectral-domain optical coherence tomography (sdOCT) scan – dan huwa test li jsir biex jaqbad ċerta forom ta’ zokkor fl-għajn, glaucoma, u macular degeneration.
Mistoqsijiet fuq is-saħħa in ġenerali
Test tal-pressjoni tad-demm piż, tul u zokkor fid-demm
Teħid ta’ kampjun tal-bżieq għal testijiet futuri fil-ġenetika

Meta:
L-istediniet se jintbagħtu f’dawn is-sentejn li ġejjin (minn tmiem 2019 sa 2021).
Wieħed se jkollu data u ħin fuq l-invit. Jekk wieħed ma jkunx jista’ jattendi fid-data li tingħatalu, għandu jinfurmana fuq id-dettalji li jingħata

Benefiċċji tal-parteċipazzjoni:
Test ta’ l-għajn komplut u b’xejn
Jista’ jinqabad mard ta’ l-għajn fi stadju ta’ qabel sintomi, u b’hekk issir riferta għall-kura minn stadju bikri, b’mod li wieħed jippreveni l-kumplikazzjonijiet u n-nuqqas fil-vista
Sponsored gift vouchers u prodotti tal-kura ta’ l-għajn

Xi prattikalitajiet għal min jipparteċipa:

Jekk għandek nuċċali tal-vista, ġibu miegħek, flimkien ma’ xi riċetti li jista’ jkollok.

Jekk għandek xi storja medika ninkoraġġuk iġġib miegħek il-lista ta’ mediċini li tieħu flimkien ma’ xi noti dwar saħħtek li jista’ jkollok. Dawn ikunu ta’ għajnuna għalina sabiex ninviżtawk ahjar.

Nirrikmandaw ukoll sabiex ma ssuqx inti għal dan l-appuntament. Ikun idejali jekk jiġi xi ħadd jakkumpanjak, speċjalment jekk ħa tkun qed tuża trasport privat. Ħa nkunu qegħdin nipprovdu parking ticket għal min ikun qed isuqek.

Want your practice to be the top-listed Clinic in Msida?
Click here to claim your Sponsored Listing.

Category

Website

Address


Msida
MSD2090

Opening Hours

Monday 14:00 - 17:00
Tuesday 14:00 - 17:00
Wednesday 14:00 - 17:00
Thursday 14:00 - 17:00
Friday 14:00 - 17:00