Zebbug Rangers Supporters Club

Zebbug Rangers Supporters Club

Share

05/09/2022

Lill-ħwienet ta’ Ħaż-Żebbuġ

Bħalma ħafna minnkom tafu l-klabb ta’ Ħaż-Żebbuġ ġie promoss għall-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti. Din is-sena nixtiequ li bħala supporters club nkomplu nsaħħu dak li diġa’ bdejna nibnu fis-snin passati biex tul l-istaġun kollu nibqgħu nuru s-sapport tagħna lejn il-belt tagħna li aħna tant inħobbu u nibqgħu nkunu kompetittivi fis-sapport tagħna.

Għalhekk qegħdin nersqu quddiem is-sidien tal-ħwienet ta’ Ħaż-Żebbuġ għal kull tip ta’ għajnuna monetarja li tistgħu ttuna - anki f’forma ta’ vouchers li jittellgħu bħala lotterija minn ġimgħa għal ġimgħa waqt il-logħob.

Filwaqt li nirringrazzjawkom tas-servizz li tagħtu liż-Żebbuġin kollha, inħarsu ‘l quddiem għal kull forma t’għajnuna li tistgħu tagħtu liż-Żebbug Rangers FC Supporters Club.

🔰

Want your business to be the top-listed Gym/sports Facility in Ħaz-Zebbug?
Click here to claim your Sponsored Listing.

Category

Website

Address


Ħaz-Zebbug