Joseph Grech

Joseph Grech

Share

Paul’s Bay, Mellieħa, Imġarr, Burnarrad, Manikata.

22/04/2026

Biex lil koppji żgħażagħ jitfallhom il-melħ fuq il-ferita. Il-Prim Ministru jħobb iqabbel lil Malta mas-Svezja.

Imma hu qatt ma jgħid l-istorja kollha. Drajnieh issa.

Ma jqabbilx dak li jaqla l-Malti ma dak li jaqla l-iSvediż.

Ma jagħmilx paragun ta' dak li jistgħu jaffordjaw, il-prezz tal-kera u l-propjeta f’Malta u ta' kemm ħin iqattgħu ma' wliedhom u l-għeżież tagħhom.

Dak hu l-paragun reali li jrid jagħmel il-Prim Ministru.

19/04/2026

Dalgħodu fil-Qrendi tkellimt dwar esperjenzi ta’ kuljum, dak li nisma’ meta nkun niltaqa’ magħkom fid-djar.

Kont il-vuċi ta’ dawk il-koppji żagħżagħ li jaħdmu t-tnejn full-time, bħali u bħal Sefora biex nagħtu futur aħjar għal uliedna.

Spjegajt kif waqt li l-Robert Abela jiftaħar bis-suċċess ekonomiku dawk il koppji jagħmlu kollox kif suppost, studjaw, ħadmu, jistinkaw siegħat twal, u xorta għadhom iħossu li qegħdin jaqgħu lura.

Dawk li s-suċċess ekonomiku ma jħossuhx.

Tkellimt dwar x’Malta rrid. X’Malta li l-Partit Nazzjonalista se jkun qed jippreżenta meta jiġi l-waqt.

Pajjiżna għandu bżonn gvern li mhux biss jara pajjiż sejjer tajjeb, imma li dak is-suċċess iħossuh dawk li jgħixu fih.

Alex Borg
Partit Nazzjonalista
NET News

Want your public figure to be the top-listed Public Figure in Mosta?
Click here to claim your Sponsored Listing.

Category

Telephone

Address


Mosta